Language of document : ECLI:EU:T:2008:580





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – Mergel et vs UASI (Patentconsult)

(Kawża T-335/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Patentconsult – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 20, 22, 25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 299/2007-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Patentconsult bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikanti għat-trade mark Komunitarja :

Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill u Andreas Herden

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Patentconsult għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 –Applikazzjoni Nru 4439774

Deċiżjoni tal-eżaminatur :

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill u Andreas Herden huma kkundannati għall-ispejjeż.