Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2007 - Adjemian et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-134/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vahan Adjemian (Angera, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, minn naħa, li jiffirjutaw li jġeddu l-ingaġġ tar-rikorrenti, bħala membri tal-persunal bil-kuntratt, għal perijodu definit jew indefinit, u, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxu kundizzjonijiet ta' impjieg. In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ksur tal-prinċipju ta' stabbiltà tar-relazzjonijiet tax-xogħol u b'mod partikolari l-illegalità ta' l-Artikolu 88 tal-KIU safejn dan jillimita l-perijodu tal-kuntratti tal-membri tal-persunal bil-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kummissjoni u b'mod partikolari dik tat-28 ta' April 2004, dwar il-perijodu massimu ta' użu ta' persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha;

tiddikjara l-Artikolu 88 tal-KII illegali safejn dan jillimita l-perijodu tal-kuntratti tal-membri tal-persunal bil-kuntratt;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Awwissu u tal-31 ta' Ottubru 2007 li jiċħdu l-ilmenti R263/07, R/492/07 u R/390/07 intiżi kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tikkonkludi kuntratt jew li ġġedded l-ingaġġ tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt biss għal perijodu definit;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2007 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti tal-31 ta' Mejju u ta' l-20 ta' Lulju 2007 intiżi għall-estenzjoni għal perijodu indefinit tal-kuntratt ta' membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet rispettivi ta' impjieg tar-rikorrenti safejn l-ingaġġ tagħhom jew l-estensjoni ta' dan huwa limitat għal perijodu definit;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

____________