Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Ġunju 2012 - Kraft Foods Schweiz vs UASI - Compañía Nacional de Chocolates (CORONA)

(Kawża T-357/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CORONA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KARUNA u KARŪNA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kraft Foods Schweiz Holding GmbH (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Péters u T. de Haan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compañía Nacional de Chocolates, SA (Medellín, il-Kolombja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Ġunju 2010 (Każ R 696/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Kraft Foods Schweiz Holding GmbH u Compañia Nacional de Chocolates, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kraft Foods Schweiz Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.