Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Frar 2013 - Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/10) 

("Sajd - Konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd - Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar - Miżuri li jipprojbixxu l-attivitajiet tas-sajd permezz tal-bastimenti li jistadu bil-"purse seines" li jtajru l-bandiera ta' Franza jew tal-Greċja - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta' implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Rata ta' kwota għal kull Stat u kull bastiment - Kapaċità vera ta' qbid")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia (Ateni, il-Greċja), Chrisderic (St. Cyprien, Franza), André Sébastien Fortassier (Grau D'Agde, Franza) (rappreżentanti: inizjalment V. Akritidis u E. Petritsi, avukati, sussegwentement V. Akritidis u F. Crespo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2010, tad-9 ta' Ġunju 2010, li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti li jistadu bil "purse seines" li jtajru l-bandiera ta' Franza jew tal-Greċja jew li jkunu rreġistrati fi Franza jew fil-Greċja, u li jkunu qed jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Mediterran (ĠU L 142, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia, Chrisderic u André Sébastien Fortassier huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.