Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Seduta Plenarja) tal-1 ta' Lulju 2010 - Mandt vs Il-Parlament
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni tas-superstiti - Artikolu 79 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 18 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-persunal - Konjuġi superstiti - Rikonoxximent tal-kwalità ta' konjuġi superstiti lil żewġ persuni - Tnaqqis għal 50 % - Aspettattivi leġittimi - Regola tal-konkordanza)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Wolfgang Mandt (Kreuztal, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Kolb, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: inizjalment K. Zejdová, J. F. de Wachter u U. Rösslein, aġenti, sussegwentement J. F. de Wachter, K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Kurt-Wolfgang Braun Neumann, li miet fid-9 ta' Ottubru 2009, li ħalla bħala l-unika eredi Shirley Meyer (Bedburg-Hau, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Ames, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-08.02.2007, li tiċħad it-talba tar-rikorrent li tirrigwarda t-tnaqqis tal-pensjoni tas-superstiti b'50 % - Talba għal ħlas integrali.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet li għandhom l-għan li l-Parlament iħallas lil M. Mandt it-totalità tal-pensjoni tas-superstiti sa fejn dawn it-talbiet ikopru l-perijodu wara l-31 ta' Ottubru 2009.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Kull parti, inkluża l-parti intervenjenti, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 183, 04.08.2007, p. 43