Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Lecce (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2023 – ED vs Ministero dell’Istruzione e del Merito, Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS)

(Kawża C-322/23, Lufoni 1 )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Lecce

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ED

Konvenuti: Ministero dell’Istruzione e del Merito, Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS)

Domandi preliminari

Il-Klawżola 4 [tal-Ftehim Qafas] tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikoli 485 u 489 tad-decreto legislativo n. 297/1994 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994), fl-Artikolu 11(14) tal-legge n. 124/99 (il-Liġi Nru 124/99) kif ukoll fl-Artikolu 4(3) tad-decreto del Presidente della Repubblica n. 399/88 (id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 399/88) li jipprovdu teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità qabel il-ħatra bħala membru permanenti tal-persunal, imwettaq fid-dawl tal-Artikolu 11(14) imsemmi iktar ’il fuq, b’mod sħiħ biss fir-rigward tal-ewwel erba’ snin u, għas-snin suċċessivi, evalwazzjoni taż-żewġ terzi għall-finijiet legali u ekonomiċi, u tat-terz li jifdal għall-finijiet ekonomiċi biss, u wara li tintlaħaq anzjanità fis-servizz iddeterminata skont l-Artikolu 4(3) tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 399/88?

Fi kwalunkwe każ, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont il-Klawżola 4 [tal-Ftehim Qafas] tad-Direttiva 99/70 il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni biss l-anzjanità qabel ir-rwol irrikonoxxuta fil-mument tad-dħul fis-servizz jew, b’mod kuntrarju, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni kollha li tirrigwarda t-trattament tal-anzjanità msemmija, u b’hekk anki r-regoli li jipprovdu, f’perijodi suċċessivi għad-dħul fir-rwol, irkupru totali tal-anzjanità fis-servizz għall-finijiet ekonomiċi biss?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.