Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Mejju 2023 – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Aldi Süd Dienstleistungs-SE & Co. OHG

(Kawża C-330/23, Aldi Süd)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V.

Konvenut: Aldi Süd Dienstleistungs-SE & Co. OHG

Domandi preliminari

L-Artikolu 6a(1) u (2) tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li perċentwali msemmija fi tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezz tista’ tirreferi biss għall-prezz preċedenti fis-sens tal-Artikolu 6a(2) tad-Direttiva 98/6?

L-Artikolu 6a(1) u (2) tad-Direttiva 98/6 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta enfasi fir-reklamar intiż biex jenfasizza n-natura vantaġġuża ta’ offerta fil-livell tal-prezz (bħall-indikazzjoni tal-prezz bħala “prezz-highlight”) jintuża fi tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezz, huwa għandu jirreferi għall-prezz preċedenti fis-sens tal-Artikolu 6a(2) tad-Direttiva 98/6?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 32, kif emendat fl-aħħar lok bid-Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU 2019, L 328, p. 7).