Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Confédération nationale du Crédit Mutuel et vs SRB

(Kawża T-384/21) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall‑2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit Mutuel (Pariġi, Franza) u s-26 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: A. Gosset Grainville u M. Trabucchi, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. Kerlin, C. De Falco u C. Flynn, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, P. Gey u V. Del Pozo Espinosa de los Monteros, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, O. Denkov u M. Menegatti, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. d’Ursel, A. Westerhof Löfflerová u J. Bauerschmidt, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għal 2021 lill-Fond uniku ta’ riżoluzzjoni, sa fejn tikkonċernahom.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għal 2021 lill-Fond uniku ta’ riżoluzzjoni hija annullata sa fejn tirrigwarda l-Confédération nationale du Crédit mutuel u lir-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness.

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, sa fejn tirrigwarda l-Confédération nationale du Crédit mutuel u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż sitt xhur mid-data meta tingħata din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tas-SRB li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni ex ante tal-Fond uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni 2021.

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Confédération nationale du Crédit mutuel u mir-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 338, 23.8.2021.