Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Frar 2011 - Paroc vs UASI (INSULATE FOR LIFE)

(Kawża T-157/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INSULATE FOR LIFE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Deċiżjoni purament konfermattiva - Inammissibbiltà parzjali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Paroc Oy AB (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Palm)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-21 ta' Frar 2008 (Każ R 54/2008-2), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali INSULATE FOR LIFE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Paroc Oy AB hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 171, 5.7.2008.