Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2013 – Vicente Gandia Pla vs UASI – Tesco Stores (MARQUES DE CHIVÉ)

(Kawża T-128/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Rinunzja tat-trade mark nazzjonali – Tmiem tas-suġġett tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vicente Gandia Pla, SA (Chiva, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tesco Stores Ltd (Cheshunt, Ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 854/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tesco Stores Ltd u Vicente Gandia Pla, SA.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 123, 27.04.2013.