Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Kiselev vs Il-Kunsill

(Kawża T-262/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dmitry Konstantinovich Kiselev (Korolev, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Otty u B. Kennelly, Barristers, u J. Linneker, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 70, p. 47) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 70, p. 1), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għar-rikorrenti,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kunsill ikkunsidra li r-rikorrent jissodisfa l-kriterju ta’ iskrizzjoni fil-lista, previst fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2015/432, u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, p. 6), kif implementat mir-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/427.

Ir-rikorrent isostni li sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, hemm lok li l-kriterji ta’ iskrizzjoni fil-lista previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġu interpretati b’mod konformi mal-libertà tal-espressjoni. Ir-rikorrent jikkunsidra li l-implementazzjoni tal-kriterju ta’ indikazzjoni tal-persuni li “jappoġġaw attivament” il-linji politiċi mmexxija mill-Gvern Russu fl-Ukraina timplika li l-persuna kkonċernata għandha permezz tal-attivitajiet tagħha livell ta’ influwenza ikbar fuq il-linji politiċi inkwistjoni mis-sempliċi fatt li tesprimi opinjoni f’kuntest ġurnalistiku. Ir-rikorrent huwa, skont id-dikjrazzjonijiet tiegħu, sempliċiment ġurnalist u mexxej ta’ impriża tal-medja u, konsegwentement, la għandu influwenza rikjesta, la jinċidi konkretament, u lanqas ma għandu xi resposabbiltà fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina. Fil-verità, ir-rikorrent qatt ma esprima l-appoġġ tiegħu favur “l-introduzzjoni tal-forzi armati Russi fl-Ukraina”, kif jiddikjara l-Kunsill.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-libertà tal-espressjoni

Ir-rikorrent jikkunsidra li l-miżuri restrittivi jissanzjonawh minħabba opinjonijiet politiċi li huwa esprima bħala ġurnalist u kummentatur. Dawn il-miżuri jillimitaw ukoll il-fakultà tiegħu li jeżerċita d-dritt tiegħu għall-libertà tal-espressjoni, kif ukoll il-funzjonament tal-aġenzija tal-istampa, Rossiya Segodnya, li huwa jmexxi. Fl-opinjoni tiegħu, is-sempliċi fatt li l-Kunsill ma jaqbilx mal-kontenut ta’ ċerti rappurtaġġi li huwa pproduċa ma jippermettix li jiġu ġġustifikati r-restrizzjonijiet. Barra minn hekk, l-ebda element ma jipprova li huwa inċita l-vjolenza jew wettaq atti ta’ natura li jiġġustifikaw restrizzjoni tad-drittijiet tiegħu għal-libertà tal-espressjoni.It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.-    Ir-rikorrent isosnti li, f’ebda mument, ma ġie kkomunikat bi “provi serju i kredibbli” jew “provi jew informazzjoni konkreta”, li jippermettu li jiġu stabbiliti ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu. Ir-rikorrent jikkonferma li l-“provi” invokati mill-Kunsill ġew ikkomunikati lilu (u biss parzjalment) sempliċiment wara l-iskrizzjoni mill-ġdid tiegħu fil-lista.Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti, sa fejn il-Kunsill ma pproduċiex motivi suffiċjenti li jippermettu li jiġġustifikaw l-iskrizzjoni tar-rikorrent fil-lista.-    Ir-rikorrent jikkunsidra li l-motivi invokati huma eċċessivament vagu u li ma jippremettux li tiġi identifikata r-raġuni speċifika u konkreta li tiġġustifika l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu.Il-ħames motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq l-illegalità tal-att invokat mill-Kunsill (sa fejn l-applikazzjoni tal-kriterju tal-iskrizzjoni fil-lista tista’ tagħti lok għal ksur tad-drittijiet tar-rikorrent għal-libertà tal-espressjoni).-    Ir-rikorrent isostni li, jekk b’mod kuntrarju għall-ewwel motiv invokat, jeħtieġ li l-kriterju jiġi interpretat bħal

a li jawtorizza l-iskrizzjoni fil-lista ta’ persuni fiżiċi li jeżerċitaw attività fil-qasam tal-medja, sempliċiment peress li daw

n ikunu esprimew opinjonijiet li l-Kunsill jikkunsidra bħala negattivi, il-kriterju ta’ indikazzjoni ikun nieqes minn kull bażi legali u/jew ikun sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet segwiti mid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ftehim ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja.Ir-rikorrent isostni li ma ġie mre

ssaq l-ebda argument li jippermetti li jiġi ġġustifikat il-ksur tal-Artikolu 52 tal-ftehim ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni, fid-dawl (b’mod partikolari) tar-restrizzjonijiet li jaffe

ttwaw il-moviment liberu tal-kapital tiegħu, u lanqas ma sar xi sforz sabiex jitlaqqa’ l-kunsill ta’ kooperazzjoni previst fl-Artikolu 90.

____________