Language of document : ECLI:EU:T:2017:392

Kawża T-262/15

Dmitrii Konstantinovich Kiselev

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri – Persuna fiżika li tappoġġja attivament azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Libertà ta’ espressjoni – Proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017

1.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehim ta’ partenarjat bejn il-Komunitajiet u r-Russja – Miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ parti – Każ ta’ gwerra jew ta’ tensjoni internazzjonali serja li jikkostitwixxu theddida ta’ konflitt armat – Kunċett – Azzjoni tal-Federazzjoni Russa li tikkonċerna s-sitwazzjoni fl-Ukraina fl-2015 u fl-2016 – Inklużjoni – Obbligu ta’ informazzjoni jew ta’ konsultazzjoni minn qabel – Assenza

(Ftehim ta’ partenarjat bejn il-Komunitajiet u r-Russja, Artikolu 99(1)(d))

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ transitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi – Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fl-istess ħin bħall-adozzjoni tal-att li jikkawża preġudizzju lilha jew minnufih wara – Limiti – Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/432, 2015/1524 u 2016/359; Regolamenti tal-Kunsill 2015/427, 2015/1514 u 2016/353)

3.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ transitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi – Appoġġ attiv għall-azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Kunċett – Appoġġ mill-mezzi tax-xandir imressaq mid-direttur ta’ aġenzija tal-aħbarijiet deskritta bħala “impriża unitarja” tal-Istat Russu – Inklużjoni

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2014/145, Artikolu 1(1)(a) u 2(1)(a), 2015/432, 2015/1524 u 2016/359; Regolamenti tal-Kunsill 269/2014, Artikolu 3(1)(a), 2015/427, 2015/1514 u 2016/353)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

5.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/432, 2015/1524 u 2016/359; Regolamenti tal-Kunsill 2015/427, 2015/1514 u 2016/353)

6.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar tal-fondi ta’ persuna fiżika li tappoġġja b’mod attiv azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina –Restrizzjoni tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 11 u 52(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2015/432, 2015/1524 u 2016/359; Regolamenti tal-Kunsill 2015/427, 2015/1514 u 2016/353)

7.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

8.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi li jinkriminaw – Deċiżjoni sussegwenti li żżomm l-isem tar-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni suġġetti għal dawn il-miżuri – Assenza ta motivi ġodda – Ksur tad-dritt għal smigħ – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)2015/432; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/427)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Drittijiet suġġetti għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)2015/432; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/427)

1.      It-tieni nett, rigward is-sitwazzjoni fl-Ukraina f’Marzu 2015 kif ukoll f’Marzu 2016, jista’ jitqies li l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa jikkostitwixxu “każ ta’ gwerra jew ta’ tensjoni internazzjonali serja li jikkostitwixxu theddida ta’ konflitt armat” fis-sens tal-punt 1(d) tal-Artikolu 99 tal-ftehim ta’ partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Russa. Meta wieħed iqis l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom sabiex ikun hemm, bħala pajjiż ġar, Ukraina stabbli, jista’ jitqies meħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi sabiex issir pressjoni fuq ir-Russja sabiex tiġi nkoraġġita twaqqaf l-attivitajiet tagħha li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-ftehim ta’ partenarjat ma jimponix li parti li tixtieq tieħu miżuri abbażi ta’ din id-dispożizzjoni li tinforma lill-parti l-oħra minn qabel, lanqas li tikkonsultaha jew li ttiha r-raġunijiet.

(ara l-punti 32 u 33)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 39 sa 41, 45 u 50)

3.      Fid-dawl tal-importanza tar-rwol li l-midja, speċjalment dawk fil-qasam awdjoviżiv, għandhom fis-soċjetà kontemporanja, kien prevedibbli li appoġġ qawwi tal-midja għall-azzjonijiet u l-politiki tal-gvern Russu li jiddestabbilizza l-Ukraina, li jsir, b’mod partikolari waqt xandiriet popolari ħafna, minn persuna maħtura b’digriet mill-President Putin bħala direttur ta’ RS, aġenzija tal-aħbarijiet li r-rikorrent stess jiddeskrivi bħala “impriża unitarja” tal-Istat Russu, jista’ jirrigwarda l-kriterju ta’ persuni fiżiżi li jsostnu attivament l-azzjonijiet jew il-politikiu li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ “appoġġ attiv” jista’ jinftiehem biss fis-sens li jirrigwarda persuni li, mingħajr ma jkunu huma stess responsabbli għall-azzjonijiet u l-politiki tal-gvern Russu li jiddestabilizzaw l-Ukraina u mingħajr ma jimplementaw huma stess dawn l-azzjonijiet jew politiki, jipprovdi appoġġ lil dawn il-politiki u azzjonijiet. Il-kriterju ma jirrigwardax kull forma ta’ appoġġ lill-gvern Russu, iżda jirrigwarda l-forom ta’ appoġġ li, minħabba l-importanza kwantitattiva jew kwalitattiva tagħhom, jikkontribwixxu għall-insegwiment ta’ azzjonijiet u ta’ politiki ta’ dan tal-aħħar li tiddestabilizzaw l-Ukraina. Interpretat, taħt l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni, fid-dawl tal-għan li jikkonsisti f’li ssir pressjoni fuq il-Gvern Russu sabiex jiġi mġiegħel itemm l-imsemmija attivitajiet u politiki, il-kriterju kkontestat jiddefinixxi b’hekk b’mod oġġettiv lil kategorija definita ta’ persuni u ta’ entitajiet li jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi. Fl-interpretazzjoni ta’ dan il-kriterju, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li rrikonoxxiet l-impossibbiltà li tintlaħaq preċiżjoni assoluta fl-abbozzar tal-liġijiet, speċjalment f’oqsma fejn is-sitwazzjoni tvarja skont l-opinjonijiet prevalenti fis-soċjetà, u li tirrikonoxxi li l-ħtieġa li tiġi evitata r-riġidità u li tiġi adattata għat-tibdil fis-sitwazzjoni jimplika li ħafna liġijiet qed jużaw formoli iktar jew inqas vagi u li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom tiddependi mill-prattika. Ir-rekwiżit li bih il-liġi għandha tiddefinixxi b’mod ċar ir-reati huwa ssodisfatt meta l-parti tista’ tkun jaf, mill-formulazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni, jekk meħtieġ bl-għajnuna ta’ interpretazzjoni mogħtija lill-qrati, liema atti u omissjonijiet jinvolvu r-responsabbiltà tagħha.

(ara l-punti 43, u 73 sa 76)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 52)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 61 sa 63)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 66, 67, 69 sa 72, 80 sa 82, 84 sa 88 u 122 sa125)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 137 u 138)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 139, 145 u 146)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 139 u 151)