Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2009 - Oyster Cosmetics SpA vs UASI

(Kawża T-437/09)

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oyster Cosmetics SpA (Castiglione delle Stiviere, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kadabell GmbH & Co. KG (Lenzkirch, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzajoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta' Awwissu 2009, fil-Każ R 1367/2008-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Oyster Cosmetics SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "OYSTER COSMETICS", għal prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kadabell GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark figurattiva "KADUS OYSTRA AUTO STOP PROTECTION" għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li kienet teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________