Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Baena Grupo vs UASI - Neuman u Galdeano del Sel (figura bilqiegħda)

(Kawża T-513/09) 1

"Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta figura bilqiegħda -Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Herbert Neuman (Tarifa, Spanja) u Andoni Galdeano del Sel (Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta' Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel, minn naħa, u José Manuel Baena Grupo, SA, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn José Manuel Baena Grupo, SA. Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 51, 27.02.2010.