Language of document : ECLI:EU:T:2010:31





Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-5 ta’ Frar 2010 – De Post vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑514/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli -Dannu finanzjarju - Telf ta’ opportunità li jirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25-35)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, fl-ewwel lok, sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li biha l-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UP) tal-kuntratt imsemmi fis-sejħa għal offerti Nru 10234 “It-trasport u d-distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi oħra u pubblikazzjonijiet” lill-Entreprises des Postes et télécommunications Luxembourg, fit-tieni lok, sabiex jiġi ordnat li l-kuntatt imsemmi f’din is-sejħa għal offerti ma jiġix iffirmat, u fit-tielet lok, sa fejn l‑imsemmi kuntratt diġà ġie konkluż, tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tiegħu sa meta l‑Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provvizorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.