Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2011 - Solar-Fabrik vs UASI (Premium XL)

(Kawża T-582/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Solar-Fabrik AG für Produktion und Vertrieb von solartechnischen Produkten (Freiburg im Breisgau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 245/2011-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Premium XL" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11.

Deċiżjoni tal-eżaminatur:applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv.

____________