Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Société générale et vs CRU

(Kawża T-387/21) 1

(Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza), Crédit du Nord (Lille, Franza), SG Option Europe (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville u M. Trabucchi,)

Konvenut: Conseil de résolution unique (rappreżentanti: J. Kerlin, C. De Falco u C. Flynn, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, P. Gey u V. Del Pozo Espinosa de los Monteros, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, O. Denkov u M. Menegatti, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. d’Ursel, A. Westerhof Löfflerová u J. Bauerschmidt, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021, sa fejn tikkonċernahom.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021 hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Société générale, lil Crédit du Nord u lil SG Option Europe.

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, kif tikkonċerna lil Société Générale, lil Crédit du Nord u lil SG Option Europe, jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-kunsinna ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tas-SRB li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni għas-sena 2021.

Is-SRB huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti minn Société générale, Crédit du Nord u SG Option Europe.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 338,  23.8.2021.