Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Pharmaselect International u OmniActive Health Technologies vs EUIPO– OmniActive Health Technologies u Pharmaselect International (LUTAMAX)

(Kawżi magħquda T-221/22 u T-242/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LUTAMAX – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-221/22: Pharmaselect International Beteiligungs GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Jackermeier, D. Wiedemann u M. Ringer, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-242/22: OmniActive Health Technologies Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: M. Hawkins, T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kawża T-221/22: OmniActive Health Technologies (Mumbai) (rappreżentanti: M. Hawkins, T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kawża T-242/22: Pharmaselect International Beteiligungs (Vjenna) (rappreżentanti: S. Jackermeier, D. Wiedemann u M. Ringer, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Frar 2022 (Kawżi magħquda R 524/2021-1 u R 649/2021-1).

Dispożittiv

Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Frar 2022 (Kawżi magħquda R 524/2021-1 u R 649/2021-1) huwa annullat.

Il-kumplament tar-rikors tal-Kawża T-221/22 huwa miċħud.

Ir-rikors tal-Kawża T-242/22 huwa miċħud.

Fil-Kawża T-221/22, Pharmaselect International Beteiligungs GmbH, l-EUIPO u OmniActive Health Technologies Ltd ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Fil-Kawża T-242/22, OmniActive Health Technologies Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-EUIPO u minn Pharmaselect International Beteiligungs GmbH.

____________

1     ĠU C 237, 20.06.2022.