Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Torre Oria vs EUIPO  – Giramondi u Antonelli (WINE TALES RACCONTI DI VINO)

(Kawża T-655/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WINE TALES RACCONTI DI VINO – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti WINE TALES – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Torre Oria SL (Derramador-Requena, Spanja) (rappreżentanti: A. González López-Menchero u V. Valero Piña, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u T. Klee, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simone Giramondi (Milano, l-Italja), Damiano Antonelli (Vignate, l-Italja) (rappreżentanti : A. Parassina u A. Giovannardi, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 822/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Torre Oria, SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Simone Giramondi u Damiano Antonelli.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 472, 12.12.2022.