Language of document : ECLI:EU:T:2014:167

Kawża T‑43/13

Beniamino Donnici

vs

Il-Parlament Ewropew

“Rikors għad-danni — Membri tal-Parlament Ewropew — Verifika tal-kredenzjali — Deċiżjoni tal-Parlament li tiddikjara mhux validu mandat ta’ deputat Ewropew — Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

Sommarju – Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Terminu għal preżentata – Bidu tad-dekorrenza – Riċezzjoni tar-rikors mill-konvenut

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 46(1) u 114(1))(

2.      Rikors għad-danni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Bidu tad-dekorrenza – Responsabbiltà għal att individwali – Data li fiha jidru l-effetti dannużi tal-att fir-rigward tal-persuna kkonċernata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni suġġettiva tar-realtà tad-dannu – Inammissibbiltà

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46)

3.      Rikors għad-danni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Bidu tad-dekorrenza – Dannu kontinwat – Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46)

4.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

1.      It-terminu għall-preżentata tar-risposta huwa ta’ xahrejn. Dan it-terminu huwa dak mogħti lill-istituzzjoni konvenuta biex twieġeb għar-rikors billi tagħżel li twieġeb fuq il-mertu, billi tippreżenta risposta, jew li tqajjem l-inammissibbiltà tar-rikors, billi tippreżenta eċċezzjoni dwar dan, skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura. Konsegwentement, għandu jitqies li t-terminu għall-preżentata tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà huwa wkoll ta’ xahrejn.

Barra minn hekk, it-terminu previst fl-Artikolu 46(1) tar-Regoli tal-Proċedura għall-preżentata tar-risposta jibda jiddekorri biss mid-data li fiha l-konvenut jirċievi r-rikors. Għandu jitqies li din is-soluzzjoni tapplika wkoll għat-terminu għall-preżentata tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.

(ara l-punti 37-39, 41, 42)

2.      Skont l-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-azzjonijiet kontra l-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali jiġu preskritti b’ħames snin li jingħaddu minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom. Dan it-terminu jibda jiddekorri meta jkunu ssodisfatti r-rekwiżiti li għalihom huwa suġġett l-obbligu ta’ kumpens u, b’mod partikolari, meta jimmaterjalizza ruħu d-dannu li jrid jiġi kkumpensat. Madankollu, ir-rekwiżiti li huwa suġġett għalihom l-obbligu ta’ kumpens għad-danni previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u, għaldaqstant, ir-regoli ta’ preskrizzjoni li jirregolaw l-azzjonijiet intiżi għall-kumpens tal-imsemmija danni, jistgħu jkunu bbażati biss fuq kriterji strettament oġġettivi. Għalhekk, għarfien preċiż tal-fatti tal-kawża ma jinsabx fost l-elementi li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni. Bl-istess mod, l-evalwazzjoni suġġettiva tar-realtà tad-dannu mill-vittma ta’ dan id-dannu ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.

3.      Fil-każ ta’ tilwimiet li joriġinaw minn atti individwali, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri minn meta d-deċiżjoni pproduċiet l-effetti tagħha fir-rigward tal-persuni li hija tikkonċerna. F’dan il-kuntest, ma tagħmilx differenza, għall-bidu tat-terminu ta’ preskrizzjoni, li l-aġir illegali tal-Unjoni ġie kkonstatat b’deċiżjoni tal-qorti.

(ara l-punti 46, 48, 50-52, 56)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 59, 60)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 81-87)