Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 taʼ Marzu 2013 - Lardini vs UASI (Rappreżentazzjoni taʼ fjura)

(Kawża T-131/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lardini Srl (Filottrano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Diċembru 2012, fil-Każ R 2578/2011-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell R 2578/2011-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta' pożizzjoni li tikkonsisti fi fjura għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________