Language of document : ECLI:EU:T:2014:129





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2014 – Lardini vs UASI (Tqegħid ta’ fjura fuq pavru)

(Kawża T‑131/13)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji – Trade mark ta’ pożizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 13-17, 25)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Rappreżentazzjoni ta’ fjura tridimensjanali fuq il-pavru (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 19-37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 2578/2011‑1), li tikkonċerna talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lardini Srl hija kkundannata għall-ispjjeż.