Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Pro-Aqua International vs UASI – Rexair (WET DUST CAN’T FLY)

(Kawża T-133/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali WET DUST CAN’T FLY – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pro-Aqua International GmbH (Ansbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raible, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rexair LLC (Troy, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 211/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pro-Aqua International GmbH u Rexair LLC.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Pro-Aqua International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.