Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2021 – NS vs Il-Parlament

(Kawża T-805/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NS (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Jannar 2021 li permezz tagħha r-rikorrent huwa assenjat mill-ġdid għall-pożizzjoni ta’ Konsulent għad-Direttorat Ġenerali tal-Presidenza u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni ta’ rkupru ta’ ħlasijiet indebiti tat-8 ta’ Marzu 2021 ;

sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-7 ta’ April 2021;

tordna l-kumpens tad-danni materjali u morali mġarrba mir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari ksur tad-dritt għal smigħ u l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza manifesta tal-interess tas-servizz u fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura.

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u fuq użu ħażin ta’ proċedura.

____________