Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – NS vs Il-Parlament

(Kawża T-805/21) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Assenjazzjoni mill-ġdid – Interess tas-servizz – Korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg – Telf ta’ primjum – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Użu ħażin ta’ poter u ta’ proċedura”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NS (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor, L. Darie u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2021, li permezz tagħha hija ġiet assenjata mill-ġdid għall-[données confidentielles occultées] u, sa fejn neċessarju, tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tiċħad l-ilment tagħha, kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ rkupru ta’ ħlasijiet indebiti tat-8 ta’ Marzu 2021 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu mġarrab minnha minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

NS hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 73, 14.2.2022.