Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2023 – Flightright GmbH vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-705/23, Condor Flugdienst)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Flightright GmbH

Konvenut: Condor Flugdienst GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jiġi kkonstatat rifjut ta’ imbark tal-passiġġier mit-trasportatur tal-ajru, li jieħu l-forma ta’ rifjut ta’ imbark antiċipat, fl-ipoteżi fejn operatur tat-tour jinforma lill-passiġġier, permezz ta’ komunikazzjoni ta’ bidla fir-reżervazzjoni, li t-titjira hija kkanċellata, iżda fejn il-kanċellazzjoni tat-titjira mit-trasportatur tal-ajru ma seħħitx u barra minn hekk it-titjira effettivament titwettaq kif previst?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.