Language of document : ECLI:EU:T:2011:740





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 – Spanja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-106/10)

“FAEGG – Taqsima ‛Gwida’ – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ – Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 – Proporzjonalità”

1.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjament mill-Unjoni - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-verifiki mwettqa - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999; Regolament tal-Kummissjoni Nru 438/2001, Artikolu 4) (ara l-punti 33, 36, 39, 40)

2.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjament mill-Unjoni - Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet - Konsegwenzi finanzjarji mhux kwantifikabbli - Korrezzjoni b’rata fissa - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikolu 39(2)(ċ) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 438/2001, Artikolu 4) (ara l-punti 51, 52, 61)

3.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjament mill-Unjoni - Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet - Obbligi tal-Kummissjoni - Osservanza ta’ terminu raġonevoli - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikoli 38(1) u 39(2)) (ara l-punti 65-67, 73-76)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10136 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mit-Taqsima “Gwida” tal-FAEGG, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.ES.06.0.PC.003 (Spanja - Leader+Aragón)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.