Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2011 - Telefónica O2 Germany vs UASI - Loopia (LOOPIA)

(Kawża T-150/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LOOPIA - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti LOOP u LOOPY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Loopia AB (Västerås, l-Isvezja) (rappreżentanti: P. Håkon-Schmidt u N. Ringen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Jannar 2010 (Każ R 1812/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG u Loopia AB.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta' Jannar 2010 (Każ R 1812/2008-1) hija annullata.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Telefónica O2 Germany għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI.

Loopia AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.