Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2007 - Lancôme vs L-UASI- Baudon (AROMACOSMETIQUE)

(Kawża T-185/04)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' annullament - Trade mark Komunitarja verbali AROMACOSMETIQUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AROMACOSMETIQUE - Annullament tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti - M'hemmx lok għal deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie SNC (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Antoine-Lalance, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Jacqueline Baudon (Pariġi, Franza)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċizjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-11 ta' Marzu 2004 (kawża R 39/2002-4) dwar il-proċedura ta' annullament 155 C 000866335/1 bejn Jacqueline Baudon u Lancôme parfums et beauté & Cie SNC.

Dispożittiv tas-sentenza

Ma hemmx lok għal deċiżjoni fuq ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 217 ta' 28.8.2004.