Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2013 - Ludwig Schokolade vs UASI - Immergut (TrinkFix)

(Kawża T-105/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Fischer u A. Brodkorb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Immergut GmbH & Co. KG (Elsdorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Diċembru 2012 fil-Każ R 34/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "TrinkFix" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 045 634

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Immergut GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja "Drinkfit" għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________