Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/13) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Sitt u Seba’ Programm Qafas ta’ attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Xoljiment antiċipat tal-kuntratti – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità – Bona fide – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors – Koeżistenza ta’ talbiet għal kumpens kuntrattwali u mhux kuntrattwali – Sistema ta’ twissijiet bikrija (EWS) – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Rabta kawżali”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Sauka, assistiti minn de L. Athanassiou u G. Gerapetritis, avukati)SuġġettTalbiet għal kumpens kuntrattwali u mhux kuntrattwali mressqa fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ diversi kuntratti li l-Kummissjoni kkonkludiet mar-rikorrenti abbażi tas-Sitt u s-Seba’ Programm Qafas ta’ attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-implementazzjoni tal-ispazju Ewropew tar-riċerka u għall-innovazzjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 141, 18.5.2013.