Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampade)

(Kawża T-187/20)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Davide Groppi Srl (Piacenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Capra u V. Malerba, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viabizzuno Srl (Bentivoglio, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 503 680-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 126/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6 u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________