Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Cantina e oleificio sociale di San Marzano vs EUIPO – Miguel Torres (SANTORO)

(Kawża T-102/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cantina e oleificio sociale di San Marzano (San Marzano di San Giuseppe, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u E. Truffo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “SANTOROˮ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 282 141

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 2018/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza relatata mal-kwistjonijiet ikkonċernati;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 u żnaturament tal-provi.

____________