Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2017-0104\tra-doc-mt-req_comm-t-0104-2017-201702394-02_00.doc

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 – Apple vs EUIPO – Apo International (apo)

(Kawża T-104/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Olsen u P. Andreottola, Solicitors, u G. Tritton, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apo International Co. Ltd (Taipei City, it-Tajwan)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “apo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 293 628

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 698/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009;

Id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta’ reformatio in peius;

Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li l-azzjoni kontra l-abbuż tad-denominazzjoni skont l-Artikolu 8(4) ma kinitx issostanzjata.

____________