Language of document : ECLI:EU:T:2018:126





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (IrRaba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2018 – Recordati Orphan Drugs vs EUIPO – Laboratorios Normon (NORMOSANG)

(Kawża T103/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NORMOSANG – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NORMON – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Regola 19(2)(a)(ii) u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saru l-Artikolu 7(2)(a)(ii) u l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430)”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment għal elementi li jidhru f’anness – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d), 171 u 177(1))

(ara l-punt 24)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punti 26, 27)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Fatti, provi u osservazzjonijiet ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni – Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti rreġistrata – Interpretazzjoni teleoloġika – Natura suffiċjenti ta’ ċertifikat ta’ tiġdid inkwantu prova – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 19(2)(a)(ii))

(ara l-punt 41)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali NORMOSANG u NORMON

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 49, 59, 66, 73, 80, 91 sa 93)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 55, 56, 64, 65, 70)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Koeżistenza f’suq iddeterminat taż-żewġ trade marks

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 85 sa 89)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2016 (Każ R 831/2016‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Normon u Recordati Orphan Drugs.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Recordati Orphan Drugs hija kkundannata għall-ispejjeż.