Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Lulju 2018 – Apple Distribution International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/17) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna intiża mill-Ġermanja sabiex issostni l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple Distribution International (Cork, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Schwiddessen, H. Lutz, N. Niejahr u A. Patsa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda, G. Braun u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38418 — 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (ĠU 2016, L 314, p. 63).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ippreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Franċiża u mill-Filmförderungsanstalt.

Apple Distribution International hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea minbarra dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.

Apple Distribution International, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u l-Filmförderungsanstalt għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 121, 18.4.2017.