Language of document : ECLI:EU:T:2018:505





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Lulju 2018 – Apple Distribution International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T101/17)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna intiża mill-Ġermanja sabiex issostni l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Effett individwali minn att ta’ natura ġenerali – Kundizzjonijiet

(il-paragrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 24 sa 28, 43 sa 48)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq ir-rikorrent

(il-paragrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 35 sa 38)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38418 – 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (ĠU 2016, L 314, p. 63).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ippreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Franċiża u mill-Filmförderungsanstalt.

3)

Apple Distribution International hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea minbarra dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.

4)

Apple Distribution International, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u l-Filmförderungsanstalt għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.