Language of document : ECLI:EU:T:2011:563



1      


Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 – La Sonrisa de Carmen u Bloom Clothes vs UASI – Heldmann (BLOOMCLOTHES)

(Kawża T-118/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BLOOMCLOTHES – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BLOOM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23, 51, 52, 55)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Jannar 2009 (Każ R 695/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harald Heldmann u La Sonrisa de Carmen, SL u Bloom Clothes, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

La Sonrisa de Carmen, SL u Bloom Clothes, SL huma kkundannati għall-ispejjeż bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Harald Heldmann.

3)

H. Heldmann għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.