Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2008 - Denka International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/07) 1

("Rikors għal annullament - Direttiva 2006/92/KE - Il-livelli massimi għar-residwi ta' dichlorvos - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Denka International BV (Barneveld, l-Olanda) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE, tad-9 ta' Novembru 2006, li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi għar-residwi tal-captan, dichlorvos, ethion u folpet (ĠU L 311, p. 31).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Denka International BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 82, 14.4.2007.