Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Novembru 2011 - Buffalo Milke Automotive Polishing Products vs UASI - Werner & Mertz (BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products)

(Kawża T-308/06) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BÚFALO - Produzzjoni ta' provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. (Pleasanton, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Werner & Mertz GmbH (Mayence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Thewes, V. Wiot, sussegwentement M. Thewes u P. Reuter, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Settembru 2006 (Każ R 1094/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Werner & Mertz GmbH u Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.