Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 - Reber vs UASI - Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Mozart)

(Kawża T-304/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark verbali Komunitarja Mozart - Suġġett tal-kawża - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Obbligu ta' motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Trattament ugwali - Prinċipju ta' legalità - Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1)(a), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 73 u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Reber GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: R. Lange u G. Hild, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Settembru 2006 (Każ R-97/2005-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Chocoladefabriken Lindt & Sprǘngli AG u Paul Reber GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Paul Reber GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)    Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.