Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 - Air Products and Chemicals vs UASI - Messer (Ferromix, Inomix u Alumix)

(Kawża magħquda T-305/06 sa T-308/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għat-trade marks verbali Ferromix, Inomix u Alumix - Trade Marks verbali preċedenti FERROMAXX, INOMAXX U ALUMAXX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Air Products and Chemicals, Inc. (Allentown, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Heurung u C. Probst, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Messer Group GmbH (Sulzbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Graf v. Schwerin u J. Schmidt, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra tliet deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Settembru 2006 (kawżi magħquda R 1270/2005-2 u R 1408/2005-2; R 1226/2005-2 u R 1398/2005-2; R 1225/2005-2 u R 1397/2005-2) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Air Products and Chemicals, Inc. u Messer Group GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta' Settembru 2006 (kawżi magħquda R 1270/2005-2 u R 1408/2005-2; R 1226/2005-2 u R 1398/2005-2; R 1225/2005-2 u R 1397/2005-2) huma annullati.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta' Air Products and Chemicals, Inc.

Messer Group GmbH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006