Language of document : ECLI:EU:T:2011:684





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Novembru 2011 – Sports Warehouse vs UASI (TENNIS WAREHOUSE)

(Kawża T-290/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TENNIS WAREHOUSE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 31-33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ April 2010 (Każ R 1259/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TENNIS WAREHOUSE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sports Warehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż