Language of document : ECLI:EU:T:2012:302





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Seven Towns vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ seba’ kwadri ta’ kuluri differenti)

(Kawża T-293/10)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti — Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark Komunitarja — Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ reġistrazzjoni — Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni — Att li ma jiggarantixxix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 37 u 39(2)) (ara l-punti 33, 35, 36)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża —Deċiżjoni fuq ir-rikors — Eżerċizzju mill-Bord tal-Appell tal-kompetenzi tal-eżaminatur — Obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 37(3), 64(1) u 75) (ara l-punti 42, 43)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark — Kuluri jew taħlit ta’ kuluri — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 4) (ara l-punt 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1475/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.