Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2010 - Sports Warehouse GmbH vs UASI (TENNIS WAREHOUSE)

(Kawża T-290/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sports Warehouse GmbH (Schutterwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' April 2010, fil-Każ R 1259/2009-1;

tilqa' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 7536899 għat-trade mark "TENNIS WAREHOUSE";

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "TENNIS WAREHOUSE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li t-trade mark ma għandhiex karattru deskrittiv u peress li ġie injorat il-kunċett ta' disponibbiltà, kif ukoll ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)