Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Settembru 2012 - Wesergold Getränkeindustrie vs UASI - Lidl Stiftung (WESTERN GOLD)

(Kawża T-278/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali WESTERN GOLD - Trade marks nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti WESERGOLD, Wesergold u WeserGold - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv tat-trade marks preċedenti"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Marx u M. Schaeffer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Marzu 2010 (Każ R 770/2009-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG u Lidl Stiftung & Co. KG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta' Marzu 2010 (Każ R 770/2009-1) hija annullata.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG.

Lidl Stiftung & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.2010