Language of document : ECLI:EU:T:2011:472





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 – K‑Mail Order vs UASI – IVKO (MEN’Z)

(Kawża T-279/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEN’Z – Isem kummerċjali preċedenti WENZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Portata lokali tas-sinjal preċedenti – Artikolu 8(4) u Artikolu 41(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor użat fil-kummerċ - Portata lokali tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 23, 29, 30)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Marzu 2010 (Każ R 746/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wenz GmbH u IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

K-Mail Order GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.