Language of document : ECLI:EU:T:2012:459

Kawża T‑278/10

Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WESTERN GOLD — Trade marks nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti WESERGOLD, Wesergold u WeserGold — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru distintiv tat-trade marks preċedenti”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2012

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Tendenza tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku — Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1))

6.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-awli tal-appell — Deċiżjoni li ma twettaqx evalwazzjoni fattwali

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 26)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 35)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 40)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 58)

5.      Skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, wara l-eżami tal-mertu tal-appell, il-Bord tal-Appell jiddeċiedi fuq l-appell u jista’, meta jagħmel dan “jeżerċita kull poter fil-kompetenza tad-dipartiment li kien responsabbli għad-deċiżjoni appellata”, jiġifieri, jagħti deċiżjoni huwa stess fuq l-oppożizzjoni billi jiċħadha jew billi jiddikjaraha fondata u b’hekk jikkonferma jew iwarrab id-deċiżjoni kkontestata.

Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ invokazzjoni preċiża, fir-risposta quddiem il-Bord tal-Appell, tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu ma jaffettwax l-obbligu tal-Bord tal-Appell, meta jiddeċiedi huwa nnifsu fuq l-oppożizzjoni, li jwettaq eżami ieħor komplet tal-mertu tal-oppożizzjoni, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt.

Fil-fatt, il-portata tal-eżami li l-Bord tal-Appell huwa mistenni jagħmel fir-rigward tad-deċiżjoni li tkun is-suġġett tal-proċedimenti ta’ appell ma hijiex, fil-prinċipju, iddeterminata mill-aggravji invokati mill-parti li tkun għamlet l-appell. A fortiori, il-portata tal-eżami tal-Bord tal-Appell ma hijiex limitata bin-nuqqas ta’ preċiżjoni ta’ ċerti aggravji mressqa quddiem il-Bord tal-Appell.

(ara l-punti 71, 80)

6.      Skont l-ewwel senteza tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, wara l-eżami tal-mertu tal-appell, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell. Dan l-obbligu tal-eżami tal-appell jinkludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu, meta jitqajjem dan l-argument. Ma huwiex eskluż li l-eżami tal-mertu tal-argumenti u ta’ provi ppreżentati mir-rikorrenti matul il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) rigward il-karattru distintiv miksub permezz tal-użu wassal lill-Bord tal-Appell sabiex jadotta deċiżjoni li għandha kontenut differenti minn dak tad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, billi naqas milli jagħmel tali eżami, il-Bord tal-Appell wettaq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali li għandu jwassal għall-annullament tal-att ikkontestat.

Peress li l-Bord tal-Appell, b’mod żbaljat, ma wettaqx l-evalwazzjoni tiegħu fuq l-argumenti u provi tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu ma huwiex l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li twettaq evalwazzjoni ta’ dawn l-istess argumenti u provi fil-kuntest tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ tali talba, il-Qorti Ġenerali ma tistax, fl-eżerċizzju tal-istħarriġ ta’ legalità tagħha, tissostitwixxi ruħha għall-Bord tal-Appell fuq evalwazzjoni fattwali li dan naqas milli jwettaq. Issa, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, jekk il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, ikkontestata f’kawża quddiemha, hija vvizzjata b’illegalità, hija għandha tannullaha. Hija ma tistax tiċħad ir-rikors billi tissostiwixxi l-motivazzjoni tagħha flok dik tad‑dipartiment kompetenti tal-UASI, li huwa l-awtur tal-att ikkontestat.

(ara l-punti 81, 83)