Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Wesergold Getränke vs UASI – Lidl Stiftung (WESTERN GOLD)

(Kawża T-278/10 RENV)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WESTERN GOLD – Trade marks nazzjonali, Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti WeserGold, Wesergold u WESERGOLD – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Deċiżjoni fuq ir-rikors – Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: WeserGold Getränke GmbH & Co. KG, li kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Melchert, P. Goldenbaum u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Marx u M. Wolter, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2010 (Każ R 770/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG u Lidl Stiftung & Co. KGDispożittivIr-rikors huwa miċħud.riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u minn Lidl Stiftung & Co. KG fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizz

ja.

____________

1     Ġ

U C 221, 14.8.2010.