Language of document : ECLI:EU:T:2015:876

Kawża T-278/10 RENV

riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG (li kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG)

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WESTERN GOLD – Trade marks nazzjonali, Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti WeserGold, Wesergold u WESERGOLD – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Deċiżjoni fuq ir-rikors – Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Novembru 2015

1.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti – Assenza ta’ effett fil-każ ta’ assenza ta’ xebh bejn it-trade marks ikkonċernati

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza

(Artikolu 266 TFUE)

3.      Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Annullament ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali vvizzjata minn żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Kontestazzjoni tal-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali li ma humiex ivvizzjati minn żball – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell minn deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li tiddeċiedi fl-ewwel istanza mibgħut quddiem il-Bord tal-Appell – Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ istanzi – Eżami tal-appell mill-Bord tal-Appell – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1))

5.      Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Rispett tad-drittijiet tad-difiża

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 64(1) u 76(1))

6.      Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L‑ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Użu, mill-Bord tal-Appell, ta’ motivazzjoni impliċita – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 32, 34)

2.      Anki jekk id-dispożittiv tas-sentenza mogħtija fl-appell jaqta’ u jiddeċiedi li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija annullata mingħajr ma jispeċifika l-portata ta’ dan l-annullament, huwa jxekkel milli d-dispożittiv tas-sentenza mogħtija fl-appell jinqara b’rabta mal-motivi li jinsabu fl-imsemmija sentenza. Fil-fatt, sabiex tikkonforma mas-sentenza u sabiex din tingħata eżekuzzjoni sħiħa, l-istituzzjoni għandha tosserva mhux biss id-dispożittiv tas-sentenza, iżda wkoll il-motivi li wasslu għaliha u li jikkostitwixxu s-sostenn neċessarju tagħha, fis-sens li huma indispensabbli sabiex jiddeterminaw is-sens eżatt ta’ dak li ġie deċiż fid-dispożittiv. Fil-fatt, huma dawn il-motivi li, minn naħa, jidentifikaw id-dispożizzjoni preċiża kkunsidrata bħala illegali u, min-naħa l-oħra, jindikaw ir-raġunijiet preċiżi tal-illegalità kkonstatata fid-dispożittiv u li l-istituzzjoni kkonċernata għandha tieħu inkunsiderazzjoni meta tissostitwixxi l-att annullat.

(ara l-punti 36, 37)

3.      Billi, f’sentenza mogħtija fl-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li s-sentenza appellata kellha tiġi annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali kienet iddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien obbligat jeżamina l-karattru distintiv imsaħħaħ miksub permezz tal-użu tat-trade marks preċedenti u li kienet annullat id-deċiżjoni kkontestata għal din ir-raġuni, minkejja li qabel kienet ikkonstatat li t-trade marks kunfliġġenti ma kinux jixxiebhu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex l-intenzjoni li tikkontesta l-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali f’dak li jikkonċerna l-analiżi tax-xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti u li kkostitwixxew il-premessa tar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Peress li dan il-motiv ta’ annullament ma jestendix għall-imsemmija konstatazzjonijiet fattwali, l-eżami tal-motiv imressaq għaldaqstant ingħalaq permezz tal-konstatazzjoni li l-eżami tal-karattru distintiv imsaħħaħ miksub permezz tal-użu tat-trade marks preċedenti kien ineffettiv, peress li s-sinjali kunfliġġenti kienu differenti.

Dan huwa wkoll ikkonfermat sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, ladarba qabel il-Qorti Ġenerali kienet ikkonstatat li t-trade marks inkwistjoni kienu globalment differenti, kwalunkwe probabbiltà ta’ konfużjoni kienet eskluża u l-eventwali eżistenza ta’ karattru distintiv imsaħħaħ miksub permezz tal-użu tat-trade marks preċedenti ma setgħetx tikkumpensa għall-assenza ta’ xebh bejn l-imsemmija trade marks.

Barra minn hekk, il-kontestazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-analiżi tax-xebh tas-sinjali kunfliġġenti, mingħajr ma l-Qorti tal-Ġustizzja ssemmi xi żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali dwar dan il-punt, iwassal sabiex, minn naħa, it-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali ssir qorti tal-appell tal-Ewwel Awla tagħha u, min-naħa l-oħra, sabiex is-sentenza mogħtija fl-appell tiġi parzjalment imċaħħda mill-effett vinkolanti tagħha sa fejn l-annullament ma jkunx jista’ jmur lil hinn mill-annullament ikkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja u jippermetti kontestazzjoni fattwali li fiha nfisha tirrendi ineffettivi l-motivi li fuqhom hija bbażata s-sentenza mogħtija fl-appell.

(ara l-punti 38-40, 43)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 57-59)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 61, 62)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 68, 69)